Il-pjattaforma FarmDemo
FarmDemo hija kollaborazzjoni mill-qrib ta’ 3 proġetti Ewropej iffinanzjati taħt Orizzont 2020. Kollha għandhom l-għan li jtejbu t-tagħlim bejn il-pari u jiffokaw fuq id-dimostrazzjoni tal-irziezet bħala għodda biex tingħata spinta lill-adozzjoni tal-innovazzjoni.
AgriDemo-F2F u PLAID jiffokaw fuq il-fehim tar-rwol tal-irziezet ta' dimostrazzjoni kummerċjali Ewropej u jippreparaw għal aktar konnettivita' bejn l-atturi involuti f'dimostrazzjonijiet fl-irziezet. Dawn il-proġetti jiżviluppaw inventarju online ġeo-referenzjat ta’ rziezet ta’ dimostrazzjoni u jibnu komunita' tal-FarmDemo-Hub onlajn.
NEFERTITI jiffoka fuq l-istabbiliment ta' 10 netwerks tematiċi interattivi li jkopru t-3 setturi agrikoli ewlenin: il-produzzjoni tal-annimali, il-biedja li tinħarat u l-produzzjoni tal-ortikultura. Huma jiġbru flimkien 45 ċentru reġjonali ta' bdiewa demo u atturi tal-innovazzjoni - konsulenti, kooperattivi, NGOs, industrija, edukazzjoni, riċerkaturi u dawk li jfasslu l-politika. L-output ta' AgriDemo-F2F u PLAID se jintuża bħala input biex jitwaqqfu 3 kampanji annwali ta' dimostrazzjonijiet fl-irziezet.